Insegwiment għall-viżjoni taċ-ċittadini għall-mobbiltà għat-tagħlim
F’Novembru 2023, iċ-ċittadini tal-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar il-Mobbiltà tat-Tagħlim reġgħu ngħaqdu għal avveniment ta’ feedback bħala parti mis-Summit Ewropew dwar l-Edukazzjoni. Dawk li jfasslu l-politika tal-Kummissjoni indirizzaw il-passi li ttieħdu dan l-aħħar biex jaġixxu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Panel. F’dak il-kuntest, ingħatat attenzjoni speċifika lill-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill “Ewropa Attiva” li ġiet inkluża fil-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Ħiliet u t-Talent.
Ikklikkja l-link ta’ hawn taħt biex tesplora kif il-Kummissjoni Ewropea qieset ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini.

21 rakkomandazzjoni biex l-opportunitajiet ta’ tagħlim barra mill-pajjiż isiru realtà għal kulħadd
Mit-28 sat-30 ta’ April 2023, il-Kummissjoni laqqgħet Panel taċ-Ċittadini fi Brussell għat-tielet u l-aħħar sessjoni ta’ deliberazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu estiżi l-opportunitajiet ta’ tagħlim barra mill-pajjiż għal kulħadd. L-ideat imressqa miċ-ċittadini ssarrfu f’21 rakkomandazzjoni konkreta bl-għan li jiffaċilitaw il-mobbiltà tal-istudenti, tal-edukaturi u tal-istaff minn pajjiż għal ieħor.
Bl-għan ġenerali li l-ambjent tat-tagħlim isir aktar aċċessibbli għal kulħadd, ir-rakkomandazzjonijiet tal-panel jenfasizzaw l-importanza li tiżdied aktar is-sensibilizzazzjoni tal-opportunitajiet u li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ persuni b’inqas opportunitajiet. Huma jiddeskrivu wkoll l-opportunitajiet u l-isfidi li ġġib magħha d-diġitalizzazzjoni u jesploraw soluzzjonijiet sostenibbli biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-mobbiltà.
Matul tliet tmiem il-ġimgħa f’Marzu u f'April 2023, 150 ċittadin magħżula b’mod aleatorju ta’ gruppi ta’ etajiet u sfondi differenti mis-27 Stat Membru ddiskutew u identifikaw ostakli għall-mobbiltà fit-tagħlim barra mill-pajjiż.

Il-parteċipanti indikaw oqsma ewlenin għal titjib u soluzzjonijiet prijoritizzati biex jiżdiedu l-aċċess u l-parteċipazzjoni għal esperjenzi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż, irrispettivament mill-età u l-qasam edukattiv, mill-edukazzjoni skolastika sal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll mill-edukazzjoni għolja, it-tagħlim għall-adulti, u wkoll ambjenti ta’ tagħlim mhux formali.
Is-sett sħiħ ta’ rakkomandazzjonijiet jinsab fit-taqsima tad-dokumenti ta’ hawn taħt.
Kif nistgħu nagħmlu l-opportunitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim realtà għal kulħadd?
Il-Kummissjoni Ewropea talbet l-għajnuna taċ-ċittadini biex il-mobbiltà għat-tagħlim fl-Ewropa ssir aktar aċċessibbli u magħrufa aħjar minn kull student jew edukatur. Il-panel taċ-ċittadini kien parti minn strateġija ta’ konsultazzjoni usa’, li kellha l-għan li tiġbor l-opinjonijiet u l-proposti tal-partijiet interessati u l-partijiet ikkonċernati kollha.
Iċ-ċittadini kienu mistiedna jqisu l-punti li ġejjin:
- Il-ħtieġa li jiġu inklużi diversi gruppi ta’ studenti u ħarrieġa, u b’mod partikolari, persuni b’inqas opportunitajiet (minħabba diżabbiltajiet, problemi tas-saħħa, ostakli ekonomiċi, soċjali, ġeografiċi u oħrajn) u gruppi inqas mobbli (bħal tfal tal-iskola u għalliema, apprendisti u trainees, studenti adulti u edukaturi);
- il-ħtieġa li l-mobbiltà tinżamm kemm jista’ jkun favur l-ambjent fl-għażla tal-mezzi tal-ivvjaġġar u l-promozzjoni ta’ prattiki sostenibbli, sabiex jingħata kontribut għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;
- opportunitajiet u sfidi li d-diġitalizzazzjoni tista’ toffri (pereżempju, użu aħjar tal-pjattaformi diġitali għat-tagħlim, it-taħlit ta' tagħlim fuq il-post u online);
- il-potenzjal tal-mobbiltà għat-tagħlim għad-djalogu interkulturali, iċ-ċittadinanza attiva u l-promozzjoni ta’ valuri komuni.
Skopri aktar fis-sett ta’ informazzjoni li huwa disponibbli fit-taqsima tad-dokumenti hawn taħt.

X’kien l-eżitu tal-Panel?
Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tressaq proposta ta’ politika ġdida fl-2023 bl-objettiv li tippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim għal kulħadd fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni – irrispettivament minn fejn ġej jew minn fejn tinsab f’ħajtek.
L-eżitu tal-panel hi lista ta’ rakkomandazzjonijiet. Dan se jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobbiltà għat-tagħlim.
Skeda taż-żmien
Is-sessjonijiet tal-panel dwar il-mobbiltà għat-tagħlim saru bejn Marzu u April 2023.
- 3-5 ta’ Marzu 2023Sessjoni 1 - Brussell
Fl-ewwel sessjoni, iċ-ċittadini bnew viżjoni xxerjata ta’ x’għandu jkun il-futur tal-mobbiltà għat-tagħlim fl-Ewropa. Huma identifikaw ukoll il-gruppi fil-mira differenti li għandna nqisu biex nagħmlu l-mobbiltà għat-tagħlim realtà għal kulħadd.
Jekk jogħġbok ara s-sommarju fit-taqsima tad-Dokumenti hawn taħt.
- 24-26 ta’ Marzu 2023Sessjoni 2 - online
Fit-tieni sessjoni, il-parteċipanti - abbażi tal-viżjoni kondiviża, il-gruppi fil-mira u x-xejriet emerġenti identifikati fis-sessjoni 1 - iddiskutew f’aktar dettall l-ostakli u l-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw gruppi differenti ta’ ċittadini Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam mal-mobbiltajiet għat-tagħlim.
Jekk jogħġbok ara s-sommarju fit-taqsima tad-Dokumenti hawn taħt.
- 28-30 ta’ April 2023Sessjoni tal-għeluq - Brussell
Is-sessjoni tal-għeluq issottomettiet il-konklużjonijiet tad-dibattiti, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-panels, lill-Kummissjoni Ewropea. Il-lista finali ta’ rakkomandazzjonijiet tinsab fit-taqsima tad-dokumenti ta’ hawn taħt.
Citizens' Panel on learning mobility - final group pictureCitizens' Panel on learning mobility - final group picture Learning mobility session 3 plenary presentationLearning mobility session 3 plenary presentation Learning mobility session 3 plenary participantLearning mobility session 3 plenary participant Learning mobility session 3 participant askingLearning mobility session 3 participant asking Learning mobility session 3 plenary groupLearning mobility session 3 plenary group Learning mobility session 3 plenary votingLearning mobility session 3 plenary voting Citizens' Panel on learning mobility - Session 3 ModerationCitizens' Panel on learning mobility - Session 3 Moderation Citizens' Panel on learning mobility - Session 3 openingCitizens' Panel on learning mobility - Session 3 opening Citizens' Panel on learning mobility - Session 3 participantCitizens' Panel on learning mobility - Session 3 participant Learning mobility session 3 plenary groupLearning mobility session 3 plenary group Learning mobility session 1 plenary groupLearning mobility session 1 plenary group Learning mobility session 1 audienceLearning mobility session 1 audience Learning mobility session 1 QuestionLearning mobility session 1 Question Learning mobility session 1 mapLearning mobility session 1 map Learning mobility session 1 wg speakerLearning mobility session 1 wg speaker Learning mobility session 1 debateLearning mobility session 1 debate Learning mobility plenary participantLearning mobility plenary participant Learning mobility opening session 1Learning mobility opening session 1 Learning mobility plenary opening 2Learning mobility plenary opening 2 Learning mobility plenary debate 4Learning mobility plenary debate 4