Dan id-dibattitu ġabar opinjonijiet dwar x’għandu jkun ir-rispons għal sfidi bħad-diżastri kkawżati mill-klima, pandemiji, u theddid ġeopolitiku. Il-kontribuzzjonijiet orjentaw ħidmet il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar il-Preparatezza, u se jirfdu l-Istrateġija għal Unjoni tal-Preparatezza.
Il-Kummissjoni Ewropea stiednet liċ-ċittadini kollha tal-UE jikkontribwixxu biex flimkien noħolqu strateġija innovattiva dwar l-ekwità interġenerazzjonali! Tista’ tara r-riżultati hawnhekk, issa stess.
Fl-2025, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta għal baġit Ewropew ġdid. Din hija opportunità biex niftiehmu dwar baġit Ewropew b’saħħtu u modern adattat għall-ambizzjonijiet tagħna.
Għaliex qed niddiskutu l-mibegħda fis-soċjetà?
L-Ewropa llum qed tesperjenza żieda allarmanti fid-diskors ta’ mibegħda u fir-reati ta’ mibegħda. Il-mibegħda mhux biss tħalli impatt fuq l-individwi, il-gruppi, u l-komunitajiet fil-mira diretta, iżda tista’ wkoll tippolarizza u xxekkel id-dibattitu demokratiku.
Il-kisbiet fl-effiċjenza enerġetika jfissru aktar iffrankar tal-enerġija u kontijiet aktar baxxi għal kulħadd. Dan jista’ jfisser li tuża inqas enerġija biex taħsel il-ħwejjeġ tiegħek bis-saħħa ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ aktar effiċjenti, awtoritajiet lokali li jirrinnovaw bini pubbliku jew kumpaniji kbar li jinstallaw tagħmir aktar effiċjenti.