Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini
Ir-Reżiljenza Demokratika

Panel taċ-Ċittadini Ewropej

Iċ-ċittadini reġgħu bdew id-deliberazzjonijiet tagħhom matul it-tieni sessjoni tal-panel

Mis-16 sat-18 ta’ Ottubrul, 150 ċittadin magħżulin b’mod randomizzat minn madwar l-Unjoni Ewropea nġabru online għat-tieni sessjoni taċ-Ċittadini Ewropej dwar ir-Reżiljenza Demokratika. Iffukaw fuq l-approfondiment tal-fehim tagħhom tas-suġġetti diskussi matul l-ewwel sessjoni u, abbażi ta’ dan l-għarfien, fuq l-iżvilupp ulterjuri tal-ideat tagħhom.

Iċ-ċittadini nqasmu fi gruppi żgħar ta’ ħidma u bdew jabbozzaw rakkomandazzjonijiet inizjali li se jiffinalizzawhom matul it-tielet sessjoni, f’Novembru. Dawn se jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea biex jgħinu fl-informazzjoni meħtieġa għat-tiswir tad-deċiżjonijiet u l-prijoritajiet futuri tal-UE f’dan il-qasam. 

Ara s-sessjonijiet plenarji irrekordjati tal-Ġimgħa u l-Ħadd.

Għaliex qed jiġi organizzat Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar ir-reżiljenza demokratika?

X’għandek tistenna mill-Panel taċ-Ċittadini?

Skeda taż-żmien

Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar ir-Reżiljenza Demokratika se jsir fuq tliet weekends bejn Settembru u Novembru 2025.

  1. 18-20 ta' Settembru
    Sessjoni 1 - Brussell
    • Il-fehim tas-suġġett tar-reżiljenza demokratika u xi tfisser fil-ħajja ta’ kuljum.
    • L-identifikazzjoni tal-isfidi ewlenin li l-panel għandu jiffoka fuqhom.
    • Filmati:   18/09/26  | 20/09/26
  2. 16-18 ta’ Ottubru
    Sessjoni 2 - online
    • Il-parteċipanti se jibnu fuq id-diskussjonijiet mis-sessjoni 1 u jesploraw x’jista’ jgħin lin-nies u lill-komunitajiet jieħdu sehem fil-ħajja demokratika u jsaħħu r-reżiljenza.
    • Se jitnieda l-iżvilupp ta’ rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq il-prijoritajiet identifikati mill-panel.
    • Filmati:  16/10/26  | 18/10/26 
  3. 20-22 ta' Novembru
    Sessjoni aħħarija - Brussell
    • It-tfassil tal-konklużjonijiet tad-dibattiti u l-irfinar tal-ideat f’rakkomandazzjonijiet finali lill-Kummissjoni Ewropea.
    • Spjegazzjoni tal-passi li jmiss — kif se jintużaw ir-rakkomandazzjonijiet fit-tfassil tal-politika.
       

X’inhi r-reżiljenza demokratika?