Jibda l-Panel taċ-Ċittadini dwar il-Preparatezza
Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu, 150 ċittadin magħżula b’mod aleatorju minn madwar l-UE se jiltaqgħu fi Brussell għall-ewwel darba biex iniedu l-Panel taċ-Ċittadini Ewropej il-ġdid dwar il-Preparatezza.
Is-sessjoni ta’ dan il-weekend hija l-ewwel minn tlieta fejn iċ-ċittadini jiltaqgħu u jiddiskutu kif iċ-ċittadini Ewropej jistgħu jkunu involuti, responsabbilizzati, u ppreparati aħjar għall-kriżijiet, li jistgħu jkunu temp estrem, pandemiji, qtugħ tad-dawl fit-tul, attakki ċibernetiċi, jew theddid ibridu.
Fis-sessjoni tal-għeluq f’Mejju, iċ-ċittadini se joħorġu b’lista ta’ rakkomandazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għal Unjoni tal-Preparatezza b’mod li jkun inklużiv, effettiv, u li jindirizza l-ħtiġijiet taċ-ċittadini kollha.
Tista’ ssegwi s-sessjonijiet plenarji tal-panel nhar il-Ġimgħa u nhar il-Ħadd fil-webstream tagħna hawn taħt.

- Online biss
- Xandira diretta fuq l-internet disponibbli
- Online biss
- Xandira diretta fuq l-internet disponibbli
Dibattitu dwar il-Preparatezza: aqsam l-ideat tiegħek għal Ewropa reżiljenti
Ir-reżiljenza tal-Ewropa quddiem il-kriżijiet — kemm jekk huma diżastri klimatiċi, pandemiji, jew sfidi ġeopolitiċi — tiddependi fuq il-preparatezza kollettiva tagħna. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea nediet l-Istrateġija tal-UE għal Unjoni tal-Preparatezza, li tenfasizza r-rwol vitali tal-organizzazzjonijiet lokali u taċ-ċittadini fit-tiswir ta’ soċjetà reżiljenti.
Id-dibattitu online huwa miftuħ, u jistieden liċ-ċittadini madwar l-UE jikkontribwixxu l-ideat u l-perspettivi tagħhom biex jinfurmaw l-istrateġija u jappoġġaw il-ħidma tal-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar il-Preparatezza li jibda f’Marzu.
Din hija l-opportunità tiegħek biex tgħin fit-tiswir ta’ kif l-Ewropa tista’ tirrispondi malajr u b’mod effettiv għal kriżijiet futuri, filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla wara.

Rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini fl-azzjoni: Il-Kummissjoni tirrispondi
Il-Kummissjoni Ewropea qed tbiddel ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini f’azzjoni tanġibbli!
Wara l-Panels taċ-Ċittadini dwar l-Effiċjenza Enerġetika u dwar il-Baġit Ewropew Ġdid, fis-6 ta’ Frar saru żewġ avvenimenti ta’ feedback biex jintwera kif l-ideat tal-parteċipanti qed isawru l-politiki tal-UE.
Mill-orjentament tal-inizjattivi fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika sal-ispirazzjoni għat-tfassil tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini qed jarrikkixxu t-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni.
Tlifthom dawn l-avvenimenti? Tista’ ssegwi l-filmati taż-żewġ sessjonijiet hawnhekk u tara kif l-ilħna taċ-ċittadini qed imorru lil hinn mid-deliberazzjoni u qed ikollhom impatt fuq il-ħajja tal-Ewropej.
Filmati tal-avvenimenti ta’ feedback: L-Effiċjenza EnerġetikaIl-Baġit il-Ġdid tal-UE
Id-dibattitu dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali issa ngħalaq
Wara disa’ xhur ta’ diskussjoni, id-dibattitu online li sar biex jikkontribwixxi għall-Istrateġija tal-UE dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali uffiċjalment intemm. Nirringrazzjaw mill-qalb lil kull min qasam magħna l-fehmiet, l-esperjenzi, u l-ideat tiegħu dwar kif tista’ tissaħħaħ is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u jiġi protett il-benesseri tal-Ewropej kemm tal-lum kif ukoll ta’ għada.
Fil-paġna tad-dibattitu ttella’ rapport li jiġbor fil-qosor it-temi u fehmiet ewlenin li ħarġu fid-dibattitu.

Dibattitu online dwar il-preparatezzaId-dibattitu online huwa miftuħ, u jistieden liċ-ċittadini madwar l-UE jikkontribwixxu l-ideat u l-perspettivi tagħhom biex jinfurmaw l-istrateġija u jappoġġaw il-ħidma tal-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar il-Preparatezza li jibda f’Marzu.
Djalogi ta’ Politika maż-ŻgħażagħXbajt tħoss li ma tingħatax widen? L-affarijiet qed jinbidlu. Dan l-aħħar, żgħażagħ minn madwar l-UE kollha u minn lil hinn minnha poġġew bilqiegħda magħna għal taħditiet reali wiċċ imb wiċċ u qalulna dak li għandhom f’moħħhom. Issa jmiss lilek.
L-Assemblea taċ-Ċittadini Żgħażagħ dwar id-DakkaraIt-tnaqqis tal-insetti dakkara huwa ta’ theddida għad-disponibbiltà tal-ikel, għall-prosperità futura tagħna, u għan-natura. Kif nistgħu, għaldaqstant, inreġġgħu lura t-tnaqqis tal-insetti dakkara selvaġġi?
Iċ-ċittadini jagħtu r-rakkomandazzjonijiet finali dwar l-ekwità interġenerazzjonali
Matul tliet weekends, 150 ċittadin magħżulin b’mod aleatorju mis-27 Stat Membru kollha tal-UE biex jirrappreżentaw id-diversità tal-UE ltaqgħu biex jiddiskutu kif l-istrateġiji politiċi Ewropej jistgħu jippromwovu aħjar l-ekwità bejn il-ġenerazzjonijiet — biex niżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu llum joħolqu l-opportunitajiet u jiggarantixxu s-sostenibbiltà għal għada.
Flimkien, ħarġu b’damma ta’ prijoritajiet u rakkomandazzjonijiet konkreti biex jorjentaw l-azzjoni tal-UE b’rabta mal-Istrateġija dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali. Il-proposti tagħhom għandhom l-għan li lil dawk li jfasslu l-politika jgħinuhom jibbilanċjaw l-għanijiet soċjali, ekonomiċi, u ambjentali bejn il-ġenerazzjonijiet, u b’hekk jikkontribwixxu għal Ewropa aktar ġusta u orjentata lejn il-ġejjieni għal kulħadd.

X’inhi l-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini?
Dan huwa l-ispazju apposta għalik biex tinvolvi ruħek u tiddibatti dwar il-politiki tal-UE li jaffettwawna lkoll.
Ir-rispons tiegħek huwa parti vitali mill-proċess tat-tfassil tal-inizjattivi politiċi tagħna. Il-vuċi ta’ kulħadd tgħodd u aħna ħerqanin biex nisimgħu x’għandek xi tgħid int.
Bis-saħħa tat-traduzzjoni f’ħin reali, tista’ tipparteċipa bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u tinvolvi ruħek ma’ ċittadini oħrajn bħalek. Ejjew nibnu l-Ewropa flimkien!
Fażijiet tal-involviment taċ-ċittadini
- ParteċipazzjoniKontribuzzjonijiet online
Iċ-ċittadini joħolqu, jikkummentaw, u jivvutaw dwar il-kontribuzzjonijiet fuq il-Pjattaforma tal-Involviment taċ-Ċittadini
- DeliberazzjonijietPanels taċ-Ċittadini tal-UE
Il-kontribuzzjonijiet jgħaddu għand il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej u jikkontribwixxu għall-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea
- Ħidma ulterjuriNieħdu azzjoni fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini
Il-kontribuzzjonijiet isir xogħol fuqhom b’diskussjonijiet ibbażati fuq rapporti regolari
- Kummenti b’reazzjoniKomunikazzjoni trasparenti dwar l-eżitu
Iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-miżuri politiċi
Il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej
Objettiv ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea huwa l-parteċipazzjoni aktar b’saħħitha taċ-ċittadini fil-proċessi u l-politiki demokratiċi tagħha. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej bħala karatteristika regolari tal-ħajja demokratika fl-UE.
Kull Panel taċ-Ċittadini jiġbor flimkien 150 ċittadin magħżul b’mod aleatorju mis-27 Stat Membru tal-UE, li jirriflettu d-diversità tal-Ewropa u l-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. Il-panels jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar inizjattivi politiċi ewlenin li jaffettwawna lkoll.
Żomm ruħek aġġornat mal-aħħar żviluppi dwar il-panels attwali u futuri.

Tista’ tipparteċipa billi tippowstja l-kontribuzzjoni jew billi tikkummenta jew tapprova kontribuzzjonijiet ta’ oħrajn. Tista’ tikkontribwixxi bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Trid tidħol fis-sistema billi tuża l-EU Login. Irreferi għall-paġna tal-EU login biex toħloq kont.
Meta tkun dħalt fis-sistema, tista’ żżid il-kontribuzzjoni tiegħek stess billi tikklikkja fuq il-buttuna “Kontribuzzjoni ġdida +”. Imbagħad, indika t-titlu u l-kontenut tal-kontribuzzjoni tiegħek, li jrid ikun fiha bejn 150 u 1,500 karattru.
Tista’ wkoll tikkummenta dwar kontribuzzjoni jew “tapprovaha”. “Approvazzjoni” tista’ titqies bħal meta tagħmel “like” fuq kontenut li jittella’ fuq forom oħra tal-midja soċjali.
Il-kontribuzzjonijiet tiegħek jiġu ppubblikati minnufih, u għalhekk trid tirrispetta r-regoli tal-parteċipazzjoni.
Aħna impenjati bis-sħiħ biex nipproteġu d-data personali tiegħek. Sir af kif nagħmlu dan
Dawn il-mistoqsijiet ikopru firxa ta’ suġġetti relatati mal-funzjonalità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kontenut u s-suġġetti, u mistoqsijiet mixxellanji dwar il-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini.

