Mur għall-kontenut ewlieni
Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini
Food banner
Panel dwar il-Ħela tal-Ikel taċ-Ċittadini Ewropej

Fażi ġdida tal-involviment taċ-ċittadini

Kif tista’ titnaqqas il-ħela tal-ikel b’mod aktar effettiv?

Il-perspettiva taċ-ċittadini

Dawn jinkludu:

  • Li t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel jiġi assoċjat ma’ katina tal-provvista tal-ikel ġusta u ekwa li tiżgura s-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn l-atturi, b’mekkaniżmi fis-seħħ li jiffaċilitaw ir-ridistribuzzjoni tal-ikel żejjed lil dawk fil-bżonn.
  • Il-ħtieġa li l-UE tistabbilixxi għan ġenerali biex tnaqqas il-ħela tal-ikel, bl-Istati Membri jieħdu passi biex jiżguraw li l-għan jintlaħaq billi jiġi segwit approċċ ibbażat fuq l-evidenza biex jiggwida u jimmonitorja l-progress li jkun sar.
  • Ir-rwol prominenti tal-edukazzjoni biex tibni fehim u apprezzament tal-valur tal-ikel minn età bikrija.

Il-passi li jmiss?

Ħela tal-ikel: x'riskji hemm?

57 miljun tunnellata
ta' ħela tal-ikel kull sena
127 kilogrammi
ta' ħela tal-ikel kull sena għal kull ċittadin tal-UE
€130 biljun
tal-ħela tal-ikel kull sena

23 rakkomandazzjoni biex jitħaffef it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel fl-UE

Ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini se jappoġġjaw il-ħidma tal-Kummissjoni dwar il-ħela tal-ikel, inkluża l-proposta leġiżlattiva li jmiss biex jiġu stabbiliti miri tal-UE għat-tnaqqis legalment vinkolanti. Ir-rapport tad-deliberazzjonijiet, bħala l-eżitu tal-panel, se jiġi ppubblikat flimkien mal-proposta tal-Kummissjoni. Il-miri għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel se jiġu proposti bħala parti minn inizjattiva usa’ biex tiġi riveduta d-“Direttiva Qafas dwar l-Iskart” li hi mistennija tipproponi miżuri biex jitnaqqas l-iskart u jiżdied ir-riċiklaġġ. Ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini se jiġu kondiviżi u diskussi aktar mal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel li tlaqqa’ flimkien l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati.

Is-sett sħiħ ta’ rakkomandazzjonijiet jinsab fit-taqsima tad-dokumenti ta’ hawn taħt.

Kronoloġija

Is-sessjonijiet tal-panel dwar il-ħela tal-Ikel saru bejn Diċembru 2022 u Frar 2023.

  1. 16-18 ta’ Diċembru 2022
    Sessjoni 1 - Brussell

    L-ewwel sessjoni kellha tiġġenera ideat, u tibni u tiġbor flimkien approċċi li ċ-ċittadini sabu l-aktar promettenti għal aktar diskussjoni.

    Recordings  16 ta’ Diċembru 2022   |  18 ta' Diċembru 2022

  2. 20-22 ta’ Jannar 2023
    Sessjoni 2 - online

    It-tieni sessjoni saret online mill-20 sat-22 ta’ Jannar 2023. Abbażi tal-approċċi biex titnaqqas il-ħela tal-ikel maqbulin fl-ewwel sessjoni, ġew abbozzati rakkomandazzjonijiet inizjali. Iċ-ċittadini evolvew ideat dwar tliet suġġetti differenti

    • Kooperazzjoni fil-katina tal-valur tal-ikel - Mill-Għalqa sal-Platt
    • Inizjattivi tan-negozju tal-ikel
    • Appoġġ għall-bidla fl-imġiba tal-konsumatur.

    Recordings 20 ta’ Jannar | 22 ta' Jannar.

  3. 10-12 ta’ Frar 2023
    Sessjoni tal-għeluq - Brussell

    Is-sessjoni tal-għeluq tal-10-12 ta’ Frar 2023 fi Brussell issottomettiet il-konklużjonijiet tad-dibattiti, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-panels, lill-Kummissjoni Ewropea. Il-lista finali ta’ rakkomandazzjonijiet tinsab fit-taqsima tad-dokumenti ta’ hawn taħt.

    Recordings

Kif tista’ titnaqqas il-ħela tal-ikel b’mod aktar effettiv? 
Il-perspettiva taċ-ċittadini.

Iċ-ċittadini ddiskutew u żviluppaw rakkomandazzjonijiet dwar l-azzjonijiet li l-UE, is-27 Stat Membru, iċ-ċittadini u partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi oħrajn għandhom jieħdu, sabiex jitħaffu l-isforzi biex titnaqqas il-ħela tal-ikel.

Il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel hi rebħa tripla

  1. tiffranka l-ikel li jiġi kkunsmat mill-bniedem
  2. tgħin lill-bdiewa, lill-kumpaniji u lill-konsumaturi jiffrankaw il-flus
  3. tnaqqas l-impatt ambjentali tal-produzzjoni u
    l-konsum tal-ikel

X’nistgħu nistennew mill-panel

Il-panel ipprovda lista ta’ rakkomandazzjonijiet biex jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni dwar il-ħela tal-ikel, li tinkludi proposta leġiżlattiva biex jiġu stabbiliti miri tal-UE għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel. Il-panel ipprovda wkoll gwida biex jgħin lill-Istati Membri jilħqu dawn il-miri.

Hemm tant nuqqas ta’ għarfien dwar dak li għandu x’jaqsam mal-ħela. Mhux biss it-tort tal-konsumatur. Jeħtiġilna nsibu soluzzjonijiet. Aħna lkoll li aħna konsumaturi, wara kollox.

RS, parteċipant fil-panel taċ-Ċittadini dwar il-Ħela tal-Ikel