Assemblea waħda, żewġ kwistjonijiet
Matul perjodu ta’ sitt xhur, 100 ċittadin tal-UE ta’ bejn it-18 u d-29 sena, magħżula b’mod aleatorju, iddiskutew waħda mill-kwistjonijiet ewlenin tal-kriżi tal-bijodiversità: it-tnaqqis tal-insetti dakkara selvaġġi. Peress li dan it-tnaqqis huwa ta’ theddida għas-sigurtà tal-ikel tagħna u għall-bilanċ tan-natura, iċ-ċittadini rriflettew dwar kif nistgħu nsolvu l-isfidi eżistenti u nimxu ‘l quddiem b’azzjonijiet konkreti biex nappoġġaw lid-dakkara.
Filwaqt li din il-kwistjoni taffettwa lil kulħadd, dan id-dibattitu huwa importanti b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, li se jkunu huma li se jesperjenzaw l-aktar il-konsegwenzi tal-kriżi u tad-deċiżjonijiet li qed jittieħdu llum. Huwa għalhekk li l-Assemblea laqqgħet flimkien liċ-ċittadini żgħażagħ u talbithom uffiċjalment biex jirriflettu wkoll dwar xi rwol għandu jkollhom iż-żgħażagħ fil-governanza tal-bijodiversità.

Iċ-ċittadini żgħażagħ jagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom
Il-membri tal-Assemblea ltaqgħu tliet darbiet wiċċ imb wiċċ fi Brussell u diversi drabi online. Matul dan il-perjodu, saru jafu aktar mingħand l-esperti dwar it-tnaqqis tad-dakkara, iddiskutew soluzzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u ma’ dawk li jfasslu l-politika, u ddeliberaw azzjonijiet konkreti biex jiġu implimentati s-soluzzjonijiet.
B’riżultat ta’ ħidmiethom, l-Assemblea pproponiet 32 rakkomandazzjoni mmirati lejn l-użu tal-pestiċidi, l-agrikoltura, kif ukoll l-użu tal-art u l-protezzjoni tal-ħabitats.
Il-proposti jinkludu t-tnaqqis tal-użu u tat-tossiċità tal-pestiċidi, il-protezzjoni u r-restawr tal-ħabitats tad-dakkara, u l-mixja lejn biedja aktar favorevoli għad-dakkara filwaqt li jiġi żgurat appoġġ estensiv għall-bdiewa.
Il-membri tal-Assemblea appellaw ukoll għal monitoraġġ u infurzar aktar b’saħħithom tal-politiki ambjentali eżistenti, aktar finanzjament għal azzjonijiet ta’ konservazzjoni, u inizjattivi edukattivi.

Skeda taż-żmien
- Ġunju – Settembru 2025Dibattitu online
Niġbru t-tħassib taċ-ċittadini, l-iskambju tal-ideat u niġbru l-eżempji
- 26 – 28 ta’ Settembru 2025L-ewwel sessjoni tal-assemblea – fi Brussell
Nesploraw is-suġġett, nitgħallmu u nistabbilixxu d-direzzjoni
- Ottubru – Novembru 2025Dibattitu online
Niġbru t-tħassib taċ-ċittadini, l-iskambju tal-ideat u niġbru l-eżempji
- 5 – 7 ta’ Diċembru 2025It-tieni sessjoni tal-assemblea – fi Brussell
Niddiskutu l-għażliet u nirriflettu dwar l-isfidi, nibdew naħdmu fuq ir-rakkomandazzjonijiet
- Jannar – Frar 2026Dibattitu online
Nirriflettu dwar il-proposti inizjali tal-Assemblea
- 6 – 8 ta’ Marzu 2026It-tielet sessjoni tal-assemblea – fi Brussell
Niffinalizzaw ir-rakkomandazzjonijiet
It-tnaqqis tad-dakkara: x’jinvolvi?
L-insetti dakkara selvaġġi jinkludu n-naħal solitarju, in-naħal bagħal, id-dubbien tal-familja Syrphidae, il-friefet, il-baħrijiet – u dubbien ieħor, iż-żnażan, u anke l-ħanfus! Minkejja d-daqs żgħir tagħhom, dawn l-annimali li bilkemm jidhru huma ħafna aktar importanti għas-soċjetajiet umani u għan-natura milli wieħed jista’ jimmaġina. Madwar erbgħa minn kull ħames għelejjel u pjanti tal-fjuri selvaġġi jiddependu mid-dakkara biex jittrasferixxu t-trab tad-dakra u jgħinuhom jirriproduċu.
Meta dawn l-annimali jonqsu – minħabba l-bidla fl-użu tal-art, il-ġestjoni agrikola intensiva u l-użu tal-pestiċidi, it-tniġġis ambjentali, l-ispeċijiet aljeni invażivi u t-tibdil fil-klima – l-impatti tagħhom jinħassu f’ekosistemi sħaħ, u b’hekk jiddgħajfu l-bijodiversità, il-produzzjoni tal-ikel, l-ekonomija, u fl-aħħar mill-aħħar, il-benesseri tal-bniedem. Għaldaqstant, jekk irridu nħarsu l-insetti dakkara, irridu nindirizzaw ix-xibka kumplessa tal-isfidi soċjali u ambjentali.

Ġabra ta’ ritratti


YCAP - Small group discussionYCAP - Small group discussion 

YCAP - Guided tour at urban farmYCAP - Guided tour at urban farm 

YCAP - Preparations for discussion with stakeholdersYCAP - Preparations for discussion with stakeholders 

YCAP - Exploring biodiversity through a collage activityYCAP - Exploring biodiversity through a collage activity 

YCAP - Pollinators are not only bees!YCAP - Pollinators are not only bees! 

YCAP - Voting during a plenaryYCAP - Voting during a plenary 

YCAP - Sub-plenary discussionYCAP - Sub-plenary discussion 

YCAP - Preparation for the final vote during the closing plenaryYCAP - Preparation for the final vote during the closing plenary 

YCAP - Discussion during the plenaryYCAP - Discussion during the plenary
Sir af aktar
Aqra aktar dwar id-dakkara, l-importanza tagħhom u t-theddid li qed jiffaċċjaw fid-dokument informattiv għad-dakkara u fir-riżorsi oħra ta’ informazzjoni.
Sir af dwar ix-xogħol li diġà qed isir mill-UE.
Skopri kif tkun tidher id-dinja tagħna mingħajr l-insetti dakkara: Park tad-Dakkara.
Organizza l-proċessi parteċipattivi tiegħek dwar id-dakkara billi tuża dan is-Sett ta’ Għodod għall-Involviment taċ-Ċittadini.

