Rakkomandazzjonijiet min-naħa taċ-ċittadini biex ninkoraġġixxu l-ekwità fost il-ġenerazzjonijiet

Matul tliet weekends, 150 ċittadin magħżulin b’mod aleatorju mis-27 Stat Membru kollha tal-UE biex jirrappreżentaw id-diversità tal-UE ltaqgħu biex jiddiskutu kif l-istrateġiji politiċi Ewropej jistgħu jippromwovu aħjar l-ekwità bejn il-ġenerazzjonijiet — biex niżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu llum joħolqu l-opportunitajiet u jiggarantixxu s-sostenibbiltà għal għada.
Il-parteċipanti ġew mistednin jirriflettu dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
- Kif nistgħu nnaqqsu d-distakki ġenerazzjonali għall-benefiċċju ta’ kulħadd billi ninkoraġġixxu narrattiva ta’ solidarjetà, appoġġ reċiproku, u responsabbiltà kondiviża?
- Kif nistgħu nibbilanċjaw il-ħtiġijiet u l-interessi tal-gruppi ta’ età kollha, inklużi dawk tal-ġenerazzjonijiet futuri?
- Kif nistgħu naħsbu fit-tul biex nibnu soċjetà aktar ġusta u aktar reżiljenti?
Flimkien, ħarġu b’damma ta’ prijoritajiet u rakkomandazzjonijiet konkreti biex jorjentaw l-azzjoni tal-UE b’rabta mal-Istrateġija dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali.
Ir-rakkomandazzjonijiet u x’qed isir fuqhom

Id-diskussjonijiet tal-panel laħqu l-milja tagħhom meta ġew ippreżentati lill-Kummissarju Glenn Micallef 24 rakkomandazzjoni maħsubin biex jinkoraġġixxu l-ekwità fost il-ġenerazzjonijiet.
Il-proposti, li huma mnebbħin mill-prinċipji tal-proċess ġust tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tal-kuntratti interġenerazzjonali mġeddin, u tar-rispett reċiproku, jindirizzaw temi essenzjali bħad-djar ħielsa mill-perikli, il-komunitajiet b’saħħithom, ħajja dinjituża, is-sovranità, u l-edukazzjoni universali. Il-membri tal-panel enfasizzaw ukoll l-importanza tas-sostenibbiltà, tal-IA, tal-inklużjoni kulturali, u tar-responsabbiltà ambjentali.
Il-Kummissjoni Ewropea qed teżamina attivament ir-rakkomandazzjonijiet li ġew proposti sabiex il-proċess tat-tfassil tal-istrateġiji politiċi jitjieb billi fl-Istrateġija dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali jintgħaġnu l-perspettivi taċ-ċittadini.
Il-kronoloġija
Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali sar fuq tliet weekends bejn Settembru u Novembru 2025.
- 12-14 ta’ SettembruSessjoni 1 — Brussell
- Introduzzjoni għall-ekwità interġenerazzjonali.
- L-ewwel skambju tal’ ideat li l-parteċipanti jsibuhom l-aktar promettenti għal dan l-eżerċizzju.
Filmati tas-sessjonijiet: 12/09/2025 | 14/09/2025
- 17-19 ta’ OttubruSessjoni 2 — online
- Rendikont tas-Sessjoni 1 u żvilupp ta’ ideat skont it-tema u s-suġġett.
- L-ewwel fażi tal-iżvilupp tar-rakkomandazzjonijiet.
Filmati tas-sessjonijiet: 17/10/2025 | 19/10/2025
- 14-16 ta’ NovembruSessjoni tal-għeluq — Brussell
- It-tfassil ta’ konklużjonijiet tad-dibattiti u r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea.
- Spjegazzjoni tal-passi li jmiss — l-impatt fuq it-tfassil tal-politika.
Filmati tas-sessjonijiet: 14/11/2025 | 16/11/2025
L-ekwità interġenerazzjonali: x’tinvolvi?

Wara inizjattivi internazzjonali bħall-Patt tan-NU għall-Futur, li ġie ffirmat mill-mexxejja globali fit-22 ta’ Settembru 2024, il-Linji Gwida Politiċi 2024-2029 tal-Kummissjoni jiddikjaraw li kaġun ta’ “skumdità fis-soċjetà”, l-Unjoni Ewropea trid tiżgura “li d-deċiżjonijiet meħuda llum ma jagħmlux ħsara lill-ġenerazzjonijiet ta’ għada u li jkun hemm aktar solidarjetà u involviment bejn persuni ta’ etajiet differenti.”
Ir-responsabbiltà għal din il-ħidma ngħatat lill-Kummissarju Glenn Micallef, li fl-Ittra ta’ Missjoni tiegħu hemm miktub: “Għandek tħejji Strateġija dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali biex tidentifika kif nistgħu nsaħħu l-komunikazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet u niżguraw li l-interessi tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri jkunu rispettati fit-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet.”
Ġabra ta’ ritratti


IGF family photo - Session 3IGF family photo - Session 3 

IGF Session 3 - recommendations handoverIGF Session 3 - recommendations handover IGF plenary session 3IGF plenary session 3 IGF sub-plenary - Session 3IGF sub-plenary - Session 3 IGF third sessionIGF third session IGF working group session 3IGF working group session 3 IGF third session 2IGF third session 2 IGF Panel - Session 1IGF Panel - Session 1 IGF Panel - First SessionIGF Panel - First Session IGF Panel - Session 1IGF Panel - Session 1 IGF Panel - Session 1IGF Panel - Session 1 IGF Panel - Session 1IGF Panel - Session 1 

IGF Panel Session 1 GroupIGF Panel Session 1 Group

