Nibnu Ewropa reżiljenti
L-abbiltà li l-Ewropa tkampa mal-kriżijiet futuri, bħad-diżastri tal-klima, il-pandemiji jew l-isfidi ġeopolitiċi tiddependi fuq tħejjija sew tal-popolazzjoni.
Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni Ewropea nediet l-Istrateġija tal-UE għal Unjoni tal-Preparatezza, li tenfasizza r-rwol vitali taċ-ċittadini u tal-għaqdiet lokali biex insawru soċjetajiet reżiljenti.
Fir-rebbiegħa tal-2026, il-150 ċittadin li ntgħażlu bix-xorti mis-27 Stat Membru tal-UE jiltaqgħu f’panel biex jiddiskutu għadd ta’ kwistjonijiet ewlenin:
- Kif jistgħu ċ-ċittadini Ewropej kollha jingħataw ir-riedni f’idejhom u jkunu ppreparati aħjar għall-kriżijiet?
- Kif se niżguraw li l-azzjonijiet u l-inizjattivi tal-Istrateġija tal-UE għal Unjoni tal-Preparatezza jkunu inklużivi, effettivi u jwieġbu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini kollha?
Minn diskussjonijiet għal rakkomandazzjonijiet
Il-panel iltaqa’ tliet darbiet u matul dawk is-sessjonijiet, il-parteċipanti qasmu l-esperjenzi, l-ideat u l-perspettivi tagħhom dwar il-preparatezza, u b’hekk taw kontribut utli għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għal Unjoni tal-Preparatezza.
B’diskussjonijiet strutturati, il-parteċipanti stħarrġu ċerti inizjattivi, fosthom l-għarfien taċ-ċittadini dwar ir-riskji, il-komunikazzjoni tar-riskji, u l-istrateġiji edukattivi, biex tissaħħaħ il-preparatezza madwar il-kontinent tagħna.
Fid-diskussjonijiet ħadu sehem ukoll esperti, faċilitaturi u interpreti biex ikun żgurat li kulħadd jifhem u jikkollabora aħjar. Fi tmiem is-sessjonijiet inbniet viżjoni kollettiva u nħoloq sett ta’ prijoritajiet li mbagħad ġew ippreżentati lill-Kummissjoni Ewropea għal aktar azzjonijiet inklużivi, sinifikattivi u effettivi li jirriflettu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini.

Kronoloġija
Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar il-Preparatezza ltaqa’ fi tliet weekends bejn Marzu u Mejju 2026
- 20-22 ta’ MarzuSessjoni 1 - Brussell
- Introduzzjoni dwar is-suġġett tal-Preparatezza.
- Skambju tal-ewwel ideat li l-parteċipanti jqisu l-aktar promettenti.
Filmati: 20/03/2026 | 22/03/2026
- 24-26 ta’ AprilSessjoni 2 - online
- Rendikont ta’ x’sar fis-Sessjoni 1 u jinħolqu l-ideat skont it-tema u s-suġġett.
- L-ewwel fażi tal-iżvilupp tar-rakkomandazzjonijiet.
Filmati: 24/04/2026 | 26/04/2026
- 22-24 ta’ MejjuSessjoni aħħarija - Brussell
- Jitfasslu konklużjonijiet mid-dibattiti u rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea.
- Jiġu spjegati l-passi li jmiss – l-impatt fuq it-tfassil tal-politika.
Filmati: 22/05/2026 | 24/05/2026
Il-Preparatezza: responsabbiltà kollettiva tal-Ewropa
Issa li l-kriżijiet qed isiru aktar frekwenti u intensi, hu vitali li l-UE u l-Ewropej ikunu attrezzati biex jippreparaw, jadattaw u jwieġbu b’mod effettiv għalihom.
Il-preparatezza tinkludi miżuri li jgħinuna nantiċipaw il-kriżijiet, inkluż b’azzjoni bikrija, nagħrfu r-riskji potenzjali u nikkollaboraw bejnietna biex intaffu l-impatti.
Din tħeġġeġ it-tixrid tal-għarfien u l-kooperazzjoni bejn is-setturi ċivili, governattivi u privati, u għalhekk tgħin lill-Ewropa ssaħħaħ ir-reżiljenza tagħha għall-kriżijiet.

Il-panel iddiskuta kif se nibnu kultura ta’ preparatezza bl-edukazzjoni u bit-tixrid tal-għarfien, li tagħti r-riedni f’idejn iċ-ċittadini biex ikunu huma li jagħtu l-ewwel rispons u parteċipanti attivi fil-ġestjoni tal-kriżijiet.
L-enfasi se tkun fuq strateġiji li jinkludu aspetti bħas-saħħa, l-appoġġ lis-soċjetà ċivili u l-litteriżmu tal-midja, li jindirizzaw l-isfidi tal-gruppi vulnerabbli u li jiffurmaw mexxejja mill-komunitajiet kollha.
L-inklużjoni tal-kontribut tal-panel fl-Istrateġija tal-UE għal Unjoni tal-Preparatezza se tkun kruċjali biex l-Ewropa tkun aktar pronta u reżiljenti.
Album tar-Ritratti


Citizens' Panel on Preparedness - recommendations handoverCitizens' Panel on Preparedness - recommendations handover Citizens' Panel on Preparedness - 3rd session plenaryCitizens' Panel on Preparedness - 3rd session plenary Citizens' Panel on Preparedness - votingCitizens' Panel on Preparedness - voting Citizens' Panel on Preparedness - 3rd session plenaryCitizens' Panel on Preparedness - 3rd session plenary Citizens' Panel on Preparedness - 3rd session plenaryCitizens' Panel on Preparedness - 3rd session plenary Citizens' Panel on Preparedness - 3rd session working groupsCitizens' Panel on Preparedness - 3rd session working groups Citizens' Panel on Preparedness - 3rd session working groupsCitizens' Panel on Preparedness - 3rd session working groups 

Preparedness Panel - first sessionPreparedness Panel - first session Citizens' Panel on Preparedness - Session 1Citizens' Panel on Preparedness - Session 1 Citizens' Panel on Preparedness - First sessionCitizens' Panel on Preparedness - First session Citizens' Panel on Preparedness - Session 1Citizens' Panel on Preparedness - Session 1 Citizens' Panel on Preparedness - Session 1Citizens' Panel on Preparedness - Session 1 Citizens' Panel on Preparedness - Session 1, Commissioner Hadja LahbibCitizens' Panel on Preparedness - Session 1, Commissioner Hadja Lahbib Citizens' Panel on Preparedness - Session 1Citizens' Panel on Preparedness - Session 1

