Mur għall-kontenut ewlieni
Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini

Regoli tal-Parteċipazzjoni

Bil-pubblikazzjoni ta’ kontribut, taqbel li taderixxi mal-valuri tad-dibattitu pubbliku

  • Tirrikonoxxi li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u li jkollu opinjoni differenti u li tirrispettaha, fi spirtu ta’ smigħ u trasparenza. 
  • Tirrikonoxxi u taċċetta l-valuri tal-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni u t-tolleranza, kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
  • Tikkontribwixxi bl-għan li tagħti sehmek għal dibattitu ta’ kwalità b’rieda kostruttiva. 
  • Ma tesprimix fehmiet jew pożizzjonijiet abbużivi, malafamatorji, razzisti u diskriminatorji li jmorru kontra l-ordni pubbliku u l-liġi fis-seħħ. 

Għalhekk, dan li ġej mhux permess: 

  • Attakki jew inċitament għall-mibegħda abbażi tal-ġeneru, ir-reliġjon jew in-nuqqas tagħha, l-oriġini etnika, l-età, id-diżabbiltà jew l-orjentazzjoni sesswali. 
  • Insulti, dikjarazzjonijiet diskriminatorji ta’ fastidju dwar individwi jew organizzazzjonijiet. 
  • Insinwazzjonijiet, dikjarazzjonijiet serji mhux ippruvati jew mhux preċiżi b’mod magħruf, diżinformazzjoni bl-għan li jiġu approfonditi d-diviżjonijiet fis-soċjetà.
  • Messaġġi ta’ reklamar u reklami kklassifikati. 
  • Messaġġi li fihom informazzjoni personali li tista’ tikser il-privatezza. 
  • Messaġġi oxxeni jew pornografiċi. 
  • Riproduzzjoni ta’ testi mingħajr ma jiġi kkwotat is-sors jew ta’ kontenuti soġġetti għad-drittijiet tal-awtur riżervati mingħajr awtorizzazzjoni. 

Il-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe kontribut hi soġġetta għal moderazzjoni a posteriori mill-Pubblikatur. Il-moderaturi tal-pjattaforma huma l-uniċi li jiddeċiedu dwar il-kontributi riċevuti u jirriżervaw id-dritt li japplikaw dawn ir-regoli billi jaħbu messaġġi li jmorru kontrihom mingħajr avviż jew ftehim minn qabel. 

Qabel ma tissottometti l-kontribut tiegħek, inti tiddikjara li qrajt u aċċettajt ir-regoli preżenti ta’ parteċipazzjoni. Huma jistgħu jiġu mmodifikati fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż mill-Pubblikatur, li b’ebda mod ma jista’ jinżamm responsabbli għal kwalunkwe użu ħażin tas-servizz.