Djalogi ta’ politika maż-żgħażagħ
Ċiklu ġdid ta’ diskussjonijiet
Iż-żgħażagħ iridu post fuq il-mejda tad-diskussjoni
Iż-żgħażagħ għandhom it-tendenza li jivvutaw inqas f'elezzjonijiet differenti u jistgħu jkunu sottorappreżentati fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi. B'riżultat ta' dan, l-ideat u t-tħassib tagħhom jistgħu ma jkunux riflessi bis-sħiħ fil-politika. Kif tista' l-UE tagħti liż-żgħażagħ vuċi aktar b'saħħitha u post aktar impattanti fuq il-mejda tad-diskussjoni? Il-votazzjoni diġitali waqt l-elezzjonijiet għandha tkun għażla? X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-kwoti biex tiġi żgurata r-rappreżentanza taż-żgħażagħ fl-elezzjonijiet? L-età tal-vot għandha titbaxxa? Jistgħu Djalogi regolari maż-Żgħażagħ jew kunsilli lokali taż-żgħażagħ aktar b'saħħithom jagħmlu differenza? X'taħseb dwar il-"Verifika taż-Żgħażagħ tal-UE" li tiżgura li l-liġijiet il-ġodda jqisu l-bżonnijiet taż-żgħażagħ?
Aqsam
Or copy link